AMBJENT AĦJAR FL-ISKEJJEL TAGĦNA
Naħseb illum il-ġurnata Malta għandu jkollha l-iskejjel tagħha bħal dawk barranin. Hemm diversi affarijiet li l-Gvern Malti, flimkien ma’ l-Unjoni Ewropea jista’ jirranġa biex l-istudenti jkunu aktar komdi fl-ambjent skolastiku tagħhom. Xi suġġerimenti huma dawn:
1. Ikun hemm arja kundizzjonata. Fil-maġġoranza tal-klassijiet tagħna, fil-ġranet sħan tas-sajf ikun hemm wisq sħana, fil-waqt li fix-xitwa jkun hemm tant bard li jkollna nilbsu ħafna ħwejjeġ minn taħt biex inżommu sħan.
2. Fl-iskejjel Maltin għandu jkun hemm ukoll lifts u escalators. Dawn huma bżonnjużi ħafna għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Huma importanti wkoll għall-istudenti l-oħra li jkollhom ħafna kotba fuq daharhom u jistgħu jweġġgħuh minħabba f’hekk.
3. Fl-iskejjel Maltin għandu jkun hemm magna li tagħti misħun b’xejn lill-istudenti biex b’hekk, waqt il-ħin tal-brejk, speċjalment fix-xitwa, jkollhom xi ħaġa sħuna.
L-UE għandha fondi li jistgħu jintużaw biex jitwettqu dawn is-suġġerimenti?
Grazzi.
Analise C. Borg.
Marija Reġina Girls Junior Lyceum
Blata l-Bajda. Malta